Lokali Qorti

Taljan mixli b’serq ta’ flus u sigaretti minn mini-market

Taljan ta’ 38 sena li ma jaħdimx ġie mixli li nhar l-Erbgħa li għaddew wettaq serqa ta’ €900 fi flus kontanti u b’kemm jiswew €100 f’sigaretti minn Mini Market f’San Pawl il-Baħar.

Gabriele Moccia minn Ferrara u li f’Malta huwa resdenti San Pawl il-Baħar ġie mixli li wettaq din is-serqa għall-ħabta tas-6.45pm. għadda tal-ħanut A and Z Mini Market.

Huwa ġie mixli wkoll li ssekwestra lil Alexandra Lengyel kontra l-volontà tagħha u li kellu fil-pusses tiegħu sikkina mingħajr liċenzja tal-Pulizija. L-Ispettur Mario Xiberras qal li minn analiżi li sar minn fuq is-CCTV tal-ħanut u ta’ ħwienet oħra fil-madwar huma waslu għal min kienet il-persuna li wettqet is-serqa.

Qal iżda li ma jafux fejn kien qed jirrisejedi sakemm nhar is-Sibt daħlet informazzjoni lill-Pulizija li hu kien jgħix f’residenza f’San Pawl il-Baħar u ġie arrestat flimkien ma’ sieħeb tiegħu Serafino Drogo, li jinsab fuq police bail.

l-Ispettur Xiberras qal li fl-istqarrija li ħadulu huwa baqa’ sieket. It-Taljan li għalih deher l-Avukat Joe Bonnici baqa’ miżmum taħt arrest preventiv.