Coronavirus Lokali

93 każ ġdid ta’ COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 93 każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna.

Permezz ta’ post fuq Facebook, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li 31 fiequ mill-virus.

Dawn l-aħbarijiet jaslu ftit sigħat wara li f’Malta tħabbret l-44 mewta kawża ta’ din l-imxija.

B’hekk il-każi attivi bħalissa jammontaw għal 890. Dan in-numru jinkludi 7 immigranti.

Intant, fl-aġġornament tal-lum ingħataw dettalji dwar il-każi tal-bieraħ fejn minn 68 każ ġdid, 36 persuna ma jafux minn fejn ħadu l-Coronavirus.