Sport Sport Ieħor

Appuntat kowċ ġdid tal-handball fil-Iskola Nazzjonali tal-Isport

Liam Harrison ġie appuntat mill-Malta Handball Association bħala kowċ fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport. Deskritt bħala pass fid-direzzjoni t-tajba, il-President tal-MHA Paul Zammit qal li l-atleti li hemm fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport jagħtu tama’ u enerġija ġdida lill-amministrazzjoni biex tiffoka fuq is-settur taż-żagħżagħ f’dan l-isport.

Liam Harrison se jkun qiegħed jibda d-disa’ staġun tiegħu bħala plejer tal-handball u rrapreżenta lil pajjiżna f’diversi kompetizzjonijiet tal-handball. Minbarra hekk, Harrison huwa wkoll kowċ kwalifikat tal-handball. Il-Malta Handball Association se tkun qed issegwi b’reqqa l-atleti fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport u tittama’ li fil-futur jissieħbu aktar atleti.