Coronavirus Lokali

COVID-19: Il-fergħa tal-APS f’Ħ’Attard tingħalaq b’mod temporanju

Mit-Tnejn, 12 ta’ Ottubru, l-APS avża li fergħa tagħhom li tinsab f’Ħ’Attard ingħalqet bħala miżura ta’ prekawzjoni wara li ħaddiem instab pożittiv għall-COVID-19.

Għalissa l-fergħa se tibqa’ magħluqa sakemm jassiguraw li ma jkunx hemm iżjed periklu tat-tixrid tal-virus kemm bejn il-ħaddiema u anke b’sigurtà għas-saħħa tal-klijenti.