Budget 2021 Coronavirus Ekonomija Lokali Saħħa

COVID-19: Il-Forum Unions Maltin jappella lill-Gvern biex jieħu azzjoni immedjata

Il-Forum Unions Maltin jinsab imħasseb ferm bis-sitwazzjoni gravi tal-pandemija f’pajjiżna, u għalhekk qed jappella lill-Gvern sabiex jieħu azzjoni immedjata. Jekk dan ma jsirx, mhux biss se jistaġna n-negozju iżda sfortunatament se naraw aktar telfien ta’ ħajjiet innoċenti.

Fi stqarrija, il-Forum qal li s-sitwazzjoni malajr qed taħrab minn idejn l-awtoritajiet, bil-każi fl-ITU filwaqt li n-nies ma jistgħux jkomplu bil-ħahha normali tagħhom.

Kien għalhekk li l-Forum Unions Maltin ressaq numru ta’ proposti biex ir-rata ta’ trażmissjoni tibqa’ tonqos. Dawn jinkludu kontrolli aktar rigorużi fil-portijiet u l-ajruport, l-ilbies obligatorju tal-maskri anke fuq barra, l-għaluq ta’ attività ekonomika meqjusa bħala high-risk, enfasi fuq it-teleworking, u l-bżonn li l-massimu tal-gruppi jonqos għal ħames peruni.

Fl-istqarrija, tissemma’ wkoll il-ħtieġa li ssir kampanja edukattiva fost in-nies u li l-messaġġi li jinħarġu ma jkunux konflinġenti.

Il-Forum jemmen li dan kollu għandu jibda jiġi implimentat mingħajr dewmien, għaliex issa qed nirriskjaw li s-sitwazzjoni taffetwa anke l-perijodu festiv tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.

Il-Gvern ma jistax jibqa’ jfalli, tgħid l-istqarrija.