Coronavirus Sport

Digriet ġdid fl-Italja b’numru ta’ restrizzjonijiet sportivi

(Ritratt: EPA)

Il-Prim Ministru Taljan Antonio Conte ħabbar digiriet ġdid li fih jinkludi numru ta’ restrizzjonijiet sportivi bl-għan li tiġi kkontrollata l-imxija tal-coronavirus.

Fost il-miżuri l-ġodda li ddaħlu fis-seħħ hemm il-waqfien b’mod immedjajt sport ta’ kuntatt f’livell amateur filwaqt li nżammu miftuħa l-gyms u l-pixxini,bl-isport f’dawn il-postijiet jista’ jkun prattikkat filwaqt li tinżamm id-distanza soċjali.

Il-grawnds fl-Italja jistgħu jimtlew sa massimu ta’ 15% tal-kapaċita’ tagħhom u mhux aktar minn 1,000 spettatur fil-miftuħ filwaqt li mhux aktar minn 200 spettatur fi spazju magħluq.