Internazzjonali

Donald Trump lura man-nies

Il-President Amerikan Donald Trump kompla bil-kampanja tiegħu, inqas minn ġimagħtejn wara li ttestja pożittiv għall-Coronavirus.

Eluf ta’ persuni, li l-maġġor parti tagħhom kienu mingħajr maskra protettiva u fejn id-distanza soċjali ftit li xejn inżammet, inġabru waqt attività li saret f’Sanford, Florida, fejn Donald Trump għamel l-ewwel waqfa minn erba’ li għandu ppjanati matul l-erbat ijiem li ġejjin hekk kif qed jimmira li jibqa’ fit-tmexxija tal-pajjiż.

L-Elezzjoni Presidenzjali ser issir fit-3 ta’ Novembru.