Futbol Sport

Gowl fl-aħħar sekonda jagħti rebħa lit-tim Malti

(Ritratt: MFA)

Latvja……………………..0

Malta………………………1

Malta: H. Bonello, S. Borg, A. Agius, K. Shaw, R. Camenzuli, T. Teuma (S. Pisani 74’), M. Guillaumier, J. Mbong, P. Mbong (J. Degabriele 69’), L. Montebello, L. Gambin (J. Grech 89’)

Latvja: P. Steinbors, R. Savalnieks, M. Oss, I. Tarasovs, R. Jurkovskis, A. Zjuzins, K. Tobers (E. Emsis 63’), D. Ikaunieks (M. Kigurs 63’), J. Ikaunieks, A. Ciganiks (A. Jaunzems 84’), V. Gutkovskis ( R. Uldrikis 63)

Referee: I. Arwel Griffith

Assistant referees: L. Edwards, I. Bird

Gowl fl-aħħar sekonda ta’ Steve Borg jagħti rebħa lit-tim nazzjonali Malti fuq il-Latvja. It-tim Malti ħareġ fuq l-offensiva u fl-ewwel għaxar minuti kellu l-maġġoranza tal-pusses tal-ballun. Fil-11 –il minuta wasal l-ewwel xutt tal-partita meta mid-distanza kien Paul Mbong li ttanta xortih iżda x-xutt tiegħu mar ftit għoli.

Il-Latvja resqu viċin li jiftħu l-iskor fis-16 –il minuta meta minn pass ħażin ta’ Bonello, Gutkovskis bir-ras xeħet barra.

Il-Latvja żiedu r-ritmu u żiedu fil-pusses tal-ballun u fit-22 minuta l-konklużjoni mill-viċin ta’ Zjuzins kienet blokkata mid-difiża Maltija. Fit-28 minuta Teddy Teuma rebaħ ballun tajjeb f’nofs il-grawnd u wara li avvanza x-xutt tiegħu għadda ftit barra. Il-Latvja rrispondew b’mod immedjat u minn pass fit-tul Ikaunieks naqas milli jinkwadra l-lasta mill-viċin.

Ikaunieks għal darb’oħra resaq viċin li jiftaħ lil-Latvja fil-vantaġġ iżda mill-viċin xeħet barra, bl-assistent referee jkun pront jgħolli l-bandiera għall-offside. Fit-32 minuta minn pass tajjeb ta’ Gutkovskis, il-konklużjoni ta’ Savalnieks kieent salvata b’mod tajjeb minn Bonello. Fit-38 minuta cross minn fuq ix-xellug ta’ Gutkovsik ħabat mal-lasta bil-ballun jispiċċa f’saqajn Oss li mill-viċin xeħet barra.

Fit-tieni taqsima it-tim Malti kellu ċans tad-deheb meta minn pass ta’ teuma min fuq il-lemin, Camezuli naqas milli jikkonkludi fil-ħin bil-gowlkiper tal-Latvja jilħaq joħroġ jinterċetta. Fis-56 minuta l-konklużjoni mid-distanza ta’ Gambin kienet imdawwra f’corner mill-gowlkiper Steinbors. Fit-72 minuta, ix-xutt tas-sostitut Kigurs kien salvata faċilment minn Bonello.

Fil-ħin addizzjonali, t-tim Malti ngħata freekick minn pożizzjoni angolata. Kien Steve Pisani li ta cross preċiż fuq STEVE BORG li għola fuq kulħadd u ta t-tliet punti lit-tim Malti.