Futbol Sport

Il-Ġermanja u Spanja jonqsu milli jirbħu

(Ritratt: EPA)

F’aktar partiti mill-UEFA Nations League, minn League A Grupp 4 l-Ġermanja kienet miżmuma fi draw ta’ 3-3 mill-Iżvizzera. MARIO GAVRANOVIC fetaħ l-iskor għall-Iżvizzeri wara biss ħames minuti, b’ FREULER jagħmlihom 2-0 fis-26 minuta.

TIMO WERNER naqqas l-iskor fit-28 minuta b’KAI HAVERTZ jagħmilhom 2-2 fil-55 minuta. GAVRANOVIC reġa tega’ lill-Iżvizzer fil-vantaġġ iżda SERGE GNABRY ġab id-draw mas-siegħa logħob.

Mill-istess grupp, Spanja tilfu 1-0 kontra l-Ukranja bl-unika gowl tal-partita jasal fis-76 minuta mingħand VIKTOR TSIGANKOV.

Ir-riżultati kollha:

UEFA NATIONS LEAGUE
Ġermanja v Żvizzera 3-3, Ukranja v Spanja 1-0, Azerbaijan v Ċipru 0-0, Montenegro v Lussemburgu 1-2, Latvja v Malta 0-1, Gżejjer Faroe v Andorra 2-0, Liechtenstein v San Marino 0-0