Futbol Sport

Imut ikona ieħor tal-futbol Furjaniż

(Ritratt: Floriana)

Wara li nhar is-Sibt ħalla din id-dinja l-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti u ta’ Floriana Lolly Borg, ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Publius Bartolo fl-età ta’ 76 sena.

Bartolo jew kif kien magħruf aħjar ‘Pullu’ kien wieħed mill-plejers ta’ Floriana Ajax, it-tim taż-żagħżagħ ta’ Floriana bil-plejers minn dan it-tim mbagħad ġew utilizzati fit-tim prinċipali ta’ Floriana. Hu kien parti mill-era tad-deheb ta’ Floriana fiż-żmien fejn dan it-tim produċa wħud mill-aqwa plejers ta’ kull żmien.

Lolly Borg li miet nhar is-Sibt u Publius Bartolo li miet ilbieraħ kienu parti mill-istess skwadra ta’ Floriana fl-istaġun 1962-63

Wara l-esperjenza tiegħu ma’ Floriana hu qatta’ wkoll xi perjodu ma’ Luqa St. Andrew’s.