Futbol Sport

In-nuqqas ta’ esperjenza fattur determinanti fit-telfa kontra r-Rumanija

(Ritratt: MFA)

Rumanija………………………4

Malta……………………………1

Rumanija: M. Aioani, R. Dragusin, S. Vladoiu, T. Baluta, G. Ganea (A. Chindris 46’), D. Man (D. Dragus 60’), A. Matan (C. Petrila 60’), M. Marin, D. Harut, A. Ciobanu (C. Itu 89’), D. Olaru (O. Morutan 77’).

Malta: C. Formosa, C. Gauci, D. Borg (A. Vella 72’), O. Spiteri, M. Spiteri (M. Farrugia 46’), A. Friggieri, O. Elouni, K. Attard (M. Fenech 46’), L. Mckay (J. Ghio 80’), G. Camilleri, J. Scicluna (A. Zammit).

Referee: V. Kastrati

Assistent referees: B. Morina, I. Kabashi

It-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena tilef 4-1 kontra r-Rumanija f’partita li ntlagħbet wara li l-kowċ Silvio Vella kien kostrett ibiddel ħdax –il plejer mill-iskwadra li lagħbet kontra d-Danimarka nhar il-Ġimgħa. Dan wara li nstabu żewġ każijiet pożittivi tal-coronavirus, bi tmien plejers oħra jkollhom joqogħdu fi kwarantina.

Ir-Rimeni approfittaw mis-sitwazzjoni li kienu jinsabu fiha l-Maltin u wara 17 –il minuta fetħu l-iskor permezz ta’ ALEXANDRU MATAN biex għaxar minuti wara l-captain DENNIS MAN irdoppja. Fil-35 minuta r-Rumanija spiċċaw jilgħabu bi plejer anqas wara li tkeċċa Tudor Baluta. It-tkeċċija ma affettwatx il-prestazzjoni tar-Rumeni u minuta biss wara GEORGE GANEA għamilhom 3-0. It-tim imexxi mill-eks plejer Rumen Adrian Mutu daħal jistrieħ 4-0 permezz ta’ penalty ta’ Dennis Man.

It-tieni taqsima kienet aħjar mill-Maltin u saħansitra naqqasna d-distakk għal 4-1 b’gowl minn OMAR ELOUNI bid-difża Maltija żżom l-iskor sat-tmiem.