Futbol Sport

It-tim nazzjonali Malti ‘A’ u dak ta’ taħt il-21 sena mpenjati llejla

It-tim nazzjonali Malti ‘A’ u dak ta’ taħt -il 21 sena llejla se jkunu mpenjati f’partiti minn kompetizzjonijiet differenti barra minn pajjiżna.

Fid-Daugava Stadium fil-Latvja fis-6.00pm, it-tim immexxi minn Devis Mangia se jkun qiegħed jilgħab ir-raba’ partita minn League D Grupp 1 kontra l-Latvja. Wara d-draw kontra Andorra fl-aħħar partita minkejja li kien hemm stennija għal rebħa, it-tim nazzjonali Malti llejla se jkun qiegħed jistenna prestazzjoni tajba u anke punti minn din il-partita.

Min naħa l-oħra fis-7.00pm, it-tim ta’ taħt il-21 sena mmexxi minn Silvio Vella se jkollu tim kompletament differenti wara li żewġ plejers irriżultaw pożittiv għall-coronavirus filwaqt li tmienja oħra jinsabu fi kwaratnina bil-kowċ Vella jkun kostrett isejjaħ 11 -il plejer ġdid għall-partita ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp 8 għall-Euro 2021 kontra r-Rumanija.