Lokali Parlament

Jeħtieġ mekkaniżmu li jiggarantixxi t-twaqqif ta’ kumpaniji ta’ kwalità

  • Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li iktar mill-kwantittà tal-kumpaniji li jinfetħu, jeħtieġ li l-leġiżlazzjonijiet fil-pajjiż joħolqu l-mekkaniżmi neċessarji biex il-kumpaniji li jinfetħu jkunu ta’ kwlaità.

Fil-parlament fil-Liġi dwar il-Provdituri ta’ Servizzi lil Kumpaniji Adrian Delia tkellem dwar ir-rappreżentanti u l-uffiċjali tal-kumpaniji u dwar il-funzjoni ta’ dawn l-uffiċjali tal-kumpaniji.

Hu tratta l-iżvilupp tal-kumpanija fejn uffiċjal kien qed jassumi diversi rwoli fil-kumpanija. Kien hemm ukoll diversi sentenzi tal-qorti li kienu qed ibiddlu l-istess liġi. L-MFSA trattat din il-liġi b’mod tajjeb anki bil-proċess konsultattiv; din hi liġi fid-direzzjoni t-tajba lil hinn mir-rekwiżiti tal-Moneyval u minn dak li għamlu ftit persuni bil-ħsara tagħhom lill-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-libertà ta’ persuna li jeżerċità s-saħħa tal-warrant tiegħu u qal li issa hemm skrutinju li dan iwettaq il-funzjoni tiegħu. Din hi problematika u tista’ tikkawża ksur tad-drititjiet fundamentali fit-twettiq ta’ dawk li jkollhom il-warrant biex jipprattikaw.

Adrian Delia semma’ l-ħtiġijiet kapitali meta kumpanija tipprovdi s-servizzi tas-CSP u qal li tajjeb ikun hemm iktar skrutinju meta jkunu reġistrati l-kumpaniji. Il-parti l-kbira tal-kumpanija li jkollhom problema ma jkollhomx dawn il-problemi viżibbli għall-corporate providors għaliex il-problemi joħorġu meta l-kumpaniji jkunu qed joperaw.

Adrian Delia tkellem dwar ir-responsabbiltajiet tas-segretarji tal-kumpanija u l-piżijiet tal-liġijiet u qal li dan m’għandux l-għodod biex iwettaq l-iskrutinju minħabba li m’għandux is-saħħa tal-liġi biex iwettaq dan.

Hu tkellem dwar is-service providors ta’ ċertu daqs u dawk ikbar fl-isfond tal-importanza ta’ klijenti denji. Jeħtieġ li l-MFSA tkun attrezzata biex tkun ta’ sostenn f’dan ir-rigward.

Malta trid terġa’ tibni r-reputazjoni li tnaqqret u hu fundamentali li jkun aċċettat li t-tibdil leġiżlattiv qed jitwettaq fir-realtà. Hu tratta wkoll ir-relazzjoni bejn il-kumpanija li tkun għadha kif twieledet u l-banek. Hawnhekk qed ikun hawn diffikultajiet kbar, sostna Adrian Delia, li appella għal mekkaniżmu meħetieġ biex kun hemm il-garanziji meħtieġa għall-banek. Hu enfażizza l-importanza tal-kwalità tal-kumpaniji li jkunu qed jitwieldu iktar milli l-kwantità.

Adrian Delia qal li l-gvern għandu jilleġiża l-Liġi dwar l-Avukati; li issa ilha snin biex tiddaħħal. Din tkun ħolqa oħra biex tissaħħaħ ir-reputazzjoni tal-pajjiż, sostna d-deputat Nazzjonalista.