Waqt dibattitu bejn il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Clyde Puli fil-programm NETLIVE, il-Ministru Bonnici ikkonferma li fl-aħħar ġimgħa kien hemm 26 każ pożittiv ta’ COVID-19 ta’ għalliema fi skejjel tal-Gvern u 2 każi ta’ tfal.
Il-Ministru qatta’ hin twil jikkritika lill-MUT ghall-mod kif qed jagixxu f’dawn il-granet. Fl-istess waqt, ikkonferma li fl-iskejjel sekondarji ghad hemm xi ghalliema neqsin.
Clyde Puli minn naha tieghu kritika lill-Ministru ghall-fatt li hela hafna hin fix-xhur li ghaddew minflok pjana sew ghall-ftuh tal-iskejjel.
Id-dibattitu fuq Net TV kien immexxi mill-prezentatur Robert Cremona.
//= $special ?>