Lokali

L-ERA tapprova li jinqerdu siġar f’Ħad-Dingli li għandhom mal-400 sena

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għadha kemm ħarġet permess lill-Infrastructure Malta biex tqaċċat żewġ siġar tal-ħarrub kbar li għandhom bejn it-300 u l-400 sena fi Triq San Ġwann Bosco, f’Ħad-Dingli. Din it-triq hi -istess waħda li ħolqot kontroversja sħiħa fejn se tkun qed tinqered art kollha għelieqi.

Fl-aħħar ġranet għadd ta’ persuni marru f’din it-triq jipprotestaw kontra dan l-iżvilupp li qed ikun meqjus bħala inutli li se jeqred raba maħdum, siġar protetti u kappella medjevali. Ir-residenti, il-bdiewa u l-attivisti qed jopponu dan l-iżvilupp qerriedi. Huma waqqfu x-xogħlijiet milli jibdew meta Infrastructure Malta feġġet għall-għarrieda biex tibda ix-xogħlijiet.

Wara dan, Moviment Graffitti għamlu talbiet lill-Ministru għall-Ambjent, lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura, u lill-Ministru għall-Kultura sabiex jinbidlu dawn il-pjanijiet, u sabiex toħroġ Emergency Conservation Order fuq dan il-post ta’ valur naturali, storiku u agrikolu. S’issa ma kienx hemm tweġiba mill-ebda Ministeru.

Segwi hawn x’ġara ġimgħa ilu: