Coronavirus Lokali

Pajjiżna jibki vittma oħra tal-Covid

Il-vittmi tal-Coronavirus jitilgħu għal 44

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjan ta’ 71 sena miet waqt li kien każ attiv tal-Covid-19. 

L-anzjan iddaħħal l-Isptar Mater Dei fit-8 ta’ Settembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Settembru. Għalkemm matul dawn l-aħħar jiem kellu testijiet negattivi tal-Covid-19, minħabba s-sintomi relatati mal-Covid-19 li kien qed ibati bihom, dan il-każ baqa’ jitqies bħala każ attiv tal-Covid-19. 

Bħalma għamel kull darba li tħabbret mewt, anke illum, il-Ministeru qal li dan l-anzjan, li kellu kundizzjonjiet ta’ saħħa ulterjuri.

Hu miet l-Isptar Mater Dei.