Coronavirus Sport Sport Ieħor

Żewġ timijiet jirtiraw mill-Giro d’Italia wara każijiet pożittivi ta’ coronavirus

Żewġ timijiet mill-Giro d’Italia kellhom jiritraw wara li numru ta’ ċiklisti nstabu pożittivi għall-coronavirus. It-tim ta’ Mitchelton-Scott u Jumbo Visma kellhom jirtiraw wara li membri tat-tim tagħhom instabu pożittivi għall-coronavirus wara 571 test li saru. It-testijiet saru bejn il-Ħadd u lbieraħ bit-tour mistenni jintemm fil-25 ta’ Ottubru.

Id-Direttur tat-tellieqa Mauro Vegni qal li ma jidhirx li hemm riskju li t-tellieqa tkun ikkanċellata jew sospiża għalissa iżda dan jista’ jinbidel jekk ikun hemm żieda ta’ każijiet. L-istadju li jmiss se jsir fid-19 ta’ Ottubru bejn Udine u San Daniele del Friuli.