Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 111-il każ ġdid – ifiqu 52

Jiżdied il-piż qawwi fuq is-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżna kawża tal-imxija insistenti tal-Covid-19 bl-aħħar ħamest’ijiem jaraw żieda ta’ 467 każ ġdid.

Dan wara li fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 111 -il każ ġdid ta’ Covid-19 bil-każi attivi jiżdiedu għal rekord lokali ta’ 946.

Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 4,265.

Bejn il-Tlieta u l-Erbgħa fiequ 52 persuna sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 3,064.

Skont kif maħruġ mill-Ministeru għas-Saħħa mill-93 każ imħabbra tul il-jum tat-Tlieta; 30 persuna kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittiv preċedentament, 6 każi minn fuq il-post tax-xogħol u każ minn Paceville.

Dan ifisser li 56 mill-każi mħabbra t-Tlieta ma kellhomx idea minn fejn setgħu ġew infettati.

Dan filwaqt li l-vittmi ta’ Covid-19 f’pajjiżna huma 44.