Futbol Sport

Draw għall-Italja u telfa għall-Ingilterra fil-UEFA Nations League

Fi programm sħiħ ta’ partiti mill-UEFA Nations League, l-Italja temmet fi draw ta’ 1-1 kontra l-Olanda. LORENZA PELLEGRINI fetaħ l-iskor wara 16-il minuta filwaqt li DONNY VAN DE BEEK ġab id-draw għall-Olanda fil-25 minuta.

L-Ingilterra sfat megħluba 1-0 f’Wembley Stadium mid-Danimarka. Il-gowl uniku tal-partita wasal fil-35 minuta permezz ta’ penalty ta’ CHRISTIAN ERIKSEN. It-tim Ingliż lagħab il-maġġoranza tal-partita bi plejer anqas wara li fil-31 minuta tkeċċa Harry Maguire wara t-tieni karta safra.

Franza kisbet rebħa minima ta’ 2-1 fuq il-Kroazja. GRIEZMANN fetaħ l-iskor wara tmien minuti filwaqt li VLASIC ġab id-draw għall-Kroazja fil-65 minuta. MBAPPE ta t-tliet punti lil Franza ħdax -il minuta mit-tmiem.

Ir-riżultati kollha

UEFA NATIONS LEAGUE

Italja v Olanda 1-1, Polonja v Bosnija 3-0, Ingilterra v Danimarka 0-1, Iżlanda v Belġju 1-2, Kroazja v Franza 1-2, Portugall v Żvezja 3-0, Norveġja v Irlanda ta’ Fuq 1-0, Rumanija v Awstrija 0-1, Skozja v Repubblika Ċeka 1-0, Slovakkja v Iżrael 2-3, Russja v Ungerija 0-0, Turkija v Serbja 2-2, Fillandja v Irlanda 1-0, Bulgarija v Wales 0-1, Estonja v Armenja 1-1, Maċedonja v Ġorġja 1-1, Greċja v Kosovo 0-0, Moldova v Slovenja 0-4, Litwanja v Albanija 0-0, Belarus v Kazakhstan 2-0