Lokali Qorti

Ħaddiem fil-kostruzzjoni jinżamm arrestat fuq allegat serq ta’ għodda

Patrick Cassar ta’ 41 sena mill-Qawra, li huwa ħaddiem fil-kostruzzjoni ġie mixli li fl-10 ta’ Ottubru li għadda għall-ħabta tat-8.15pm. minn sit ta’ kostruzzjoni fi Triq San Pawl il-Belt Valletta, seraq għodda li l-valur tagħha huwa ta’ €2,829 għad-dannu tal-kumpanija Cutrico.

Cassar ġie mixli wkoll li naqas li jħares il-kundizzjonijiet imposti fuq mill-Qorti fuq każ ieħor u li kkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta’ probation u li sar reċediv. Ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjoni dwar każ, li ma jikkomettix reat ieħor għall-perjodu ta’ tliet snin.

Id-difiża mmexxija mill-Avukat Mario Mifsud ma għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest bl-akkużat jintbagħat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. L-Avukat Misfud talab lill-Maġistrat Astrid May Grima biex ix-xhieda tal-Prosekuzzjoni jitigħu jagħtu d-depożizzjoni tagħhom mingħajr dewmien fisseduta li jmiss. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Michael Vella.