Lokali Parlament

Id-dritt tal-effiċjenza għandu jkun parti mis-soluzzjoni fil-ġustizzja; il-COVID-19 qed tbiddel is-soċjetà

Ritratt: Matthew Tabone
  • Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia tkellem fil-parlament dwar l-importanza tal-effiċjenza fl-għoti tas-sentenzi mill-qrati anki f’dan iż-żmien ta’ pandemija u sostna li d-dritt tal-effiċjenza għandu jkun parti mis-soluzzjoni fil-ġustizzja.

Adrian Delia sellem lill-kollegi avukat li intlaqtu bil-COVID-19 u lill-Kamra tal-Avukati favur dan l-abbozz. Hu talab lill-Ministru tal-Ġustizzja biex l-abbozz ta’ liġi dwar il-professjoni tal-avukati.

Hu tkellem dwar l-effetti fuq il-pubbliku u d-dewmien li l-pubbliku jiltaqa’ miegħu fil-kawżi tiegħu u dwar s-sitwazzjoni ta’ sospensjoni tal-kawżi. Dan qed iwassal biex il-ġustizzja ma ssirx anki meta fil-fatt tkun saret ġustizzja.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-aċċessibbiltà għall-ġustizzja u n-numru ta’ awli disponibbli biex ikun aċċertat li dejjem ikun id-disponibbiltà partikolarment meta jkunu se jixhdu t-tfal. Tajjeb li jkun hemm aktar mit-tliet awli li hemm bħalissa; il-pandemija qed tbiddel is-soċjetà.

Jeħtieġ li l-pajjiż jibqa’ minn issa biex issir it-trasformazzjoni tas-soċjetà; il-mod kif isir ix-xogħol u anki l-ġustizzja biex din issir fid-dinja tal-pandemija.

Adrian Delia kompla li l-ġustizzja trid tibda issir b’mod remot biex id-dritt fundamentali tal-effiċjenza jkun parti mis-soluzzjoni tal-ġustizzja. In-negozji wkoll jeħtieġ li jkollhom is-sentenzi biex issir ġustizzja.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza li tingħata xhieda minn persuni li jkunu barra minn Malta f’kawżi importanti. Hu semma’ s-settur tal-offerti tal-gvern u qal bħalissa hu diffiċli li r-rappreżentanti tal-kumpniji jiġu Malta u għalhekk din il-liġi għandha tkun estiża wkoll għat-Tribunal tal-Offerti; li hu estenzjoni ta’ fejn issir il-ġustizzja.

Il-gvern għandu jikkunsidra wkoll il-possibbiltà ta’ attrezzament f’postijiet partikolari bħad-djar tal-anzjani, fl-Appoġġ u Sedqa, fi sptarijiet, fl-ambaxxati u f’aġenziji beix tingħata x-xhieda.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-qorti trid tara fejn ikun jinsab ix-xhud waqt li jkun qed jixhed f’post li mhux fl-awla biex ikun assigurat li dan mhux qed ikun mixtri, ikun taħt effett jew ikun taħt kontroll waqt l-istess xhieda. Il-ġustizzja għandu ssir fil-ħin, bla biża, bla dewmien u bla favuri biex ikun aċċertat li kulħadd djingħata l-ġustizzja li ħaqqu, sostna Adrian Delia.