Lokali Parlament

Il-ħaddiema ta’ Stewards trattati ħażin

  • Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna li mhux biss ma sarux l-investimenti meħtieġa u mwiegħda fl-isptarijiet San Luqa, Karen Grech u Ġenerali ta’ Għawdex iżda anki l-ħaddiema ta’ Stewards qed ikunu trattati ħażin u bi ksur tal-kundizzjonijiet.

Fl-Aġġornament tal-parlament Stephen Spiteri qal li l-kuntratt ta’ Vitals ma kienx trasparenti u l-PN oppona bil-qawwi biex il-kuntratt ma jibqax mistur. It-tliet sptarijiet fallew milli jsiru kif suppost tant li €80 miljun fis-sena qed jingħataw mill-gvern biex dawn l-isptarijiet.

Hu semma’ l-proġetti li suppost saru fl-isptarjiet iżda dawn illum saru biss ħolma. Il-PN baqa’ jinsisti tant li dan il-kuntratt jinsab fil-qrati biex dawn it-tliet sptarijiet jirritornaw għand il-poplu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan hu ftehim fallut bi kwistjonijiet li jistgħu jwaqqgħu l-kuntratt.

Filwaqt li wera dubju kemm Stewards qed tamministra dawn l-isptarijiet, Stephen Spiteri semma’ l-estensjonijiet mitluba u qal li l-ħaddiema li ltaqa’ magħhom m’humiex trattati bl-istess mod tal-professjonisti li jagħmlu l-istess xogħol fl-istess grad.

Dawn il-ħaddiema qishom sub-contracted mill-gvern. Il-gvern kien wiegħed li se jirregola x’se jsir fl-isptarijiet għall-aħjar kwalità ta’ saħħa fl-isptarijiet. Il-ħaddiema qed ikollhom tnaqqis fil-kundizzjonijiet u qed ikunu imċaħħda mill-istudy leave li soltu jingħata.

Stephen Spiteri qal li l-gvenr kienx imwissi diversi drabi dwar dan il-kuntratt iżd issa anki l-ħaddiema mhux qed ikunu trattati kif suppost. Il-gvern issa hu responsabbli minn din is-sitwazzjoni u għandu jara wkoll li r-riżorsi umani u l-professjonisti li qed jaħdmu f’dawn l-isptarijiet ikunu stmati fid-drittijiet tagħhom biex issiru ġustizzja fl-amministrazzjoni tal-isptarijiet.