Lokali Parlament

Il-komunitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar qed jiffaċċjaw sfidi minħabba l-inkompetenza tal-Gvern

– Robert Cutajar, PN

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar qal li l-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar għaddejjin minn perjodu diffiċli u ta’ inkwiet. Hu sostna li r-residenti jxiriqilhom l-aħjar u qed iħossu l-effetti tal-inkompetenza tal-gvern.

Dwar in-Naxxar u l-madwar, Robrt Cutajar qal li fi Triq il-Kosta hemm irwejjaħ kbar insapportabbli b’effetti fuq ir-rsidenti. Hemm applikazzjoni ta’ mostru fl-ex trade fair grounds fin-Naxxar.

Fl-Aġġornament tal-parlament Robert Cutajar qal li fl-2013 kellu jkun żviluppat ground f’dik iż-żona u fl-2012 il-parlament kien għadda riżoluzzjoni bi qbil ma’ Naxxar Lions FC għall-isportvi Naxxarain. Il-gvern llum ma kellux il-kuraġġ li jkompli fuq dak il-pass minkejja li kienet identifikata art; il-gvern qata’ qalb in-Naxxarin.

Issa l-bini biswit iż-żona se jkun konvertiti f’mostru li jtellef il-karatteristiċi tal-lokalità. Jeħtieġ li l-Ministru għall-Ambjent jitkellem u jieħu azzjoni dwar dan u jiddefendi l-interessi tan-Naxxar u l-madwar.

L-erba’ proġetti fejn hemm ppjanati għall-Magħtab jinkludu proġett b’ċumnija ta’ 60 metru; dawn għandhom ikunu marbut ma’ garanzija u mal-pubblikazzjoni tal-istudji neċessarji.

Robert Cutajar kompla li l-gvern injora l-2,000 persuna li tkellmu permezz ta’ petizzjoni.

Dwar il-Mellieħa hu qal li din il-komunità qed taqla’ daqqiet kontinwi fejn ingħalqet l-Għassa tal-Pulizija tal-Mellieħa għax issa hemm il-Pulizija tal-Komunità. Is-Sindku tal-Mellieħa u l-kunsilliera Laburisti ma ddefendewx lill-komunità Melliħija. Hu appella lil sindki oħra biex ma jaċċettawx dan jekk fil-lokal tagħhom isiru l-Pulizija tal-Komunità.

Il-Mellieħa, bi 12,000 persuna, ma jistax ikollha l-Għassa tal-Pulizija magħluqa, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dan sar bla konsultazzjoni.

Dwar it-traffiku fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa, id-deputat Nazzjonalista appella biex jinstabu s-soluzzjonijiet b’diskussjonijiet mar-residenti u mal-komunità. Il-gvern hu inkompetenti u naqas li jkompli fuq l-estenzjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa; ilha mwiegħda seba’ snin. Is-sala prinċipali tal-Iskola qed tinqasam biex tkun użata bħal klassijiet minħabba nuqqas ta’ ippjanar, sostna Robert Cutajar.