Lokali Parlament

Il-kumitat dwar il-kuntratt ta’ €90,000 lil Konrad Mizzi jinstema’ fil-magħluq

Il-kumitat parlamentari għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika li ddiskuta l-konflitt ta’ interess tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat fl-għoti ta’ kuntratt ta’ konsulenza ta’ €90,000 lill-ex Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi mal-Awtorità tat-Turiżmu ltaqa’ fil-magħluq.

Fis-seduta tal-lum kellu jixhed il-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler li għamel ir-rapport.

Il-gvern kien rappreżentat mill-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Whip Laburista Glen Bedingfield waqt li d-deputati Nazzjonalisti Karol Aquilina u Carm Mifsud Bonnici rrappreżentaw lill-Oppożizzjoni. Il-kumitat tmexxa mill-Ispeaker Anġlu Farrugia.

Il-Whip Laburista Glen Bedingflield qal li minkejja li r-rapport ma kienx suppost ikun pubbliku iżda minkejja dan, partijiet minnu kienu mgħoddija lil sezzjonijiet tal-istampa.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li għad m’hemmx qbil li r-rapport ikun pubblikat waqt li Glen Bedingfield

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li hu l-obbligu tal-kumitat li jippubblika r-rapport u jkun mismugħ il-Kummissarju għall-Istandards biex wara jkun deċiż jekk ir-rapport ikunx adottat.

L-Isepaeker qal li skont il-prożedura f’dan l-istadju r-rapport ma jkunx pubblikat u staqsa jekk id-diskussjoni għandhiex issir fil-miftuħ jew le minkejja li r-rapport għadu mhux pubbliku.

L-Ispeaker ippropona li f’dan l-istadju l-laqgħa ssir bil-magħluq bil-membri tal-Oppożizzjoni juru n-nuqqas ta’ qbil ma’ din il-pożizzjoni. Il-membri tal-gvern qablu mal-pożizzjoni tal-Ispeaker u għalhekk f’dan l-istadju l-kumitat iltaqa’ fil-magħluq.