Internazzjonali

It-Tajlandja: Sejħa kontinwa għal riforma politika

Mijiet ta’ dimostranti, fl-aħħar sigħat, kienu qed iħejju għal rally kbir fil-kapitali Bangkok, biex iwasslu messaġġ determinat favur id-demokrazija.

L-attività kienet qed tirranka sew wara l-arrest ta’ diversi attivisti favur ir-riformi politiċi u bit-tensjoni f’Bangkok tkun imfissra bħala ‘sostanzjali’.

L-attivisti inkwistjoni qed jiffurmaw parti minn moviment li ilu jorganizza r-rallies minn Lulju. Dan il-moviment fost oħrajn qed isejjaħ għar-riformi fil-Gvern u għar-riżenja tal-Prim Ministru Tajlandiż Prayut Chan-O-Cha.

Uħud mid-dimostranti, fl-istess ħin, qed jinsistu li l-monarkija wkoll tkun suġġetta għar-riformi. 

L-arresti tal-attivisti f’Bangkok saru waqt li l-pulizija kienu ġġieldu mad-dimostranti li rreżistewhom f’ħin meta l-qawwiet tal-liġi kienu qed jippruvaw jiftħu l-ispazju għall-wasla ta’ carcade li kien jinkludi l-karozza tar-Re Tajlandiż, Maha Vajiralongkorn.