Internazzjonali

It-Tuneżija: Għadab għal mewta traġika

Folol ta’ nies, residenti ta’ Sbeitla, ħarġu fit-toroq biex jesprimu l-għadab wara li raġel tilef ħajtu f’ħin meta l-awtoritajiet kienu qed iwaqqgħu kjosk illegali fejn kien rieqed il-vittma.

L-inċidenti f’din il-belt fqira (fil-provinċja ta’ Kasserine) damu għaddejjin għat-tul taż-żmien u wara li l-kjosk kien spiċċa mwaqqa fuq direttiva tal-awtoritajiet lokali.

Jidher li l-vittma, raġel ta’ 50 sena, miet fuq il-post, bir-residenti lokali jgħidu li l-membri tas-sigurtà qabdu u sparaw il-gass tad-dmugħ lejn il-familjari tar-raġel li pruvaw javviċinaw is-sit biex isalvawh.

Ftit wara, r-residenti tal-belt imblukkaw it-toroq u taw in-nar lil karozza tal-awtoritajiet muniċipali. Il-folol, anki garaw il-ġebel u oġġetti oħra lejn il-qawwiet tas-sigurtà li baqgħu skjerati fl-inħawi biex jipproteġu s-siti sensittivi fi Sbeitla.