Lokali Qorti

Mixli b’serq u ħsara minn ristorant f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 34 sena mill-Georgia inżamm arrest wara li d-difiża m’għamlitx talba għal libertà proviżorja fejn ġie mixli quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li fis-7 ta’ Ottubru li għadda għall-ħabta tal-5.00am. seraq madwar €500 fi flus kontanti u flixken tax-xorb minn ristorant f’San Pawl il-Baħar.

Giorgi Kvinikadza li sa ftit ilu kien jgħix il-Mellieħa iżda fil-preżent m’għandux residenza fissa u li ma jaħdimx ġie mixli wkoll li fl-istess ristorant ikkaġuna ħsara konsiderevoli għad-dannu tal-kumpanija SRGN u li sar reċediv.

L-akkużat kien instab ħati mill-Qorti Maltija fl-2016 fuq VISA falza u ngħata sentenza sospiża. Huwa mar lura pajjiżu fejn bidel ismu u reġa’ spiċċa f’Malta b’isem differenti.

L-Avukat tal-għajnuna legali Victor Bugeja qal li l-akkużat għandu problema tal-alkoħol.  L-Ispettur Godwin Scerri mexxa l-Prosekuzzjoni.