Coronavirus Lokali Saħħa

Pajjiżna jġarrab il-45 fatalità tal-Covid-19

Ritratt: Matthew Tabone

Il-Gżejjer Maltin ġarrbu l-45 fatalità kawża tal-pandemija li qed terfa’ rasha b’insistenza f’pajjiżna.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma huwa raġel ta’ 59 sena. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li r-raġel kien ġie rikoverat l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Ottubru u ġie konfermat pożittiv l-għada.

Huwa baqa jingħata l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn tilef ħajtu tul il-jum tal-Erbgħa.

Għal darb’oħra l-Ministeru ħass li kellu jispeċifika li l-vittma kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

Dan ifisser li fl-aħħar erbat ijiem f’pajjiżna kellna erba’ mwiet kawża tal-pandemija.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.