Lokali Parlament

Proposta tal-Oppożizzjoni twassal biex wara l-budget se jsir dibattitu dwar il-COVID-19

Proposta parlamentari tal-Oppożizzjoni llum waslet biex il-gvern aċċetta li jsir dibattitu parlamentari dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija COVID-19.

Kien il-Viċi-Kap tal-PN David Agius li rrifera għall-aħħar każ li fih miet raġel ta 59 sena bil-COVID, ta l-kondoljanzi lill-familjari u qal li l-każi attivi issa telgħu telgħu 900 każ.

Hu kompla li l-medja tal-każi kuljum huma 100 u staqsa jekk il-Viċi-Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne għandux intenzjoni li jagħmel stqarrija dwar din is-sitwazzjoni.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi u qal li jinsab dispost li wara l-budget jagħmel stqarrija ministerjali dwar is-suġġett b’diskussjoni miftuħa.