Coronavirus Futbol Sport

Rapporti jindikaw li fi tmiem il-ġimgħa se jkunu posposti xi partiti

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Erba’ partiti sa issa minn kampjonati differenti se jkunu posposti fi tmiem il-ġimgħa li ġej wara li numru ta’ klabbs għandhom numru ta’ plejers u staff pożittivi għall-coornavirus.

Il-partiti bejn Sirens u Tarxien Rainbows, Marsa u Naxxar, Mqabba u Marsaxlokk u l-partita bejn Luqa St.Andrew’s u Siġġiewi huma l-partiti li se jiġu posposti sa issa. Il-klabbs kollha wkoll ġew notifikati li l-Youth League ġie pospost għal Novembru. Sorsi fi ħdan l-MFA kkonfermaw ukoll li fis-sigħat li ġejjin jista’ jkun hemm aktar partiti li jiġu posposti.