Internazzjonali

Tmut l-attriċi ta’ Two and a Half Men Conchata Ferrell

L-attriċi Conchata Ferrell, magħrufa aħjar għall-irwol li interpretat ta’ Berta, fis-sitcom Two and a Half Men, tilfet il-battalja mal-mewt fl-età ta’ 77 sena wara kumplikazzjonijiet ikkawżati minn attakk tal-qalb.

Ġurnali Amerikani rrapportaw li Ferrell mietet bil-qraba tagħha biswitha fl-isptar ta’ Sherman Oaks, f’Kalifornja wara diversi xhur tikkumbatti l-mard b’saħħitha kienet dejjem sejra lura.

L-attur Charlie Sheen ddeskriva lil Conchata bħala ħabiba ġenwina u saħaq li din it-telfa hija weġgħa kbira f’qalbu. Dan filwaqt li l-attur Adam Sandler ta l-kondoljanzi lil familja tal-attriċi u qal li din hija telfa kbira għall-industrija tal-ispettaklu.