Coronavirus Lokali

Abela jrid aktar Pulizija fit-toroq; shift mill-għassa tal-Imsida kollha pożittivi

L-Għassa tal-Imsida

Net News jista’ jiżvela li fl-għassa tal-Imsida hemm shift sħiħ li instab pożittiv għall-Covid-19. Dan wassal biex l-għassa kważi tingħalaq, bid-Distrett idur għal Pulizija mill-għases oħrajn.

Ironikament din l-aħbar tasal eżatt fil-ġurnata li fiha l-Prim Ministru ħabbar li se jdur fuq il-Pulizija biex irażżar il-pandemija. Iżda hemm elementi mill-Korp li sfortunatament mhumiex disponibbli.

TVM qed jirrapporta li fi tmiem l-ewwel sessjoni tas-summit, Robert Abela ħabbar li f’Malta se tiżdied il-preżenza tal-forzi tal-ordni fit-toroq biex tkun ikkontrollata aħjar il-pandemija, u ħeġġeġ aktar l-ilbies tal-maskri.

Abela qal ukoll li bħala Gvern se jkompli jikkontrolla l-pandemija.

Aktar tard fuq ix-Xandir Nazzjonali, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li wasal iż-żmien li jissaħħaħ l-infurzar fit-toroq.