Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, il-Ħamis filgħodu kellu l-ewwel laqgħa tiegħu mill-ħatra fit-tmexxija mal-President tal-Partit Popolari Ewropew, Donald Tusk, qabel is-Summit virtwali tal-Mexxejja tal-partiti Ewropej fi ħdan l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew
Għal-laqgħa, li saret online minħabba l-pandemija COVID-19, attendew ukoll il-Kap tad-Delegrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, l-MEP Roberta Metsola, kif ukoll is-Segretarju Internazzjonali tal-PN, Roselyn Borg Knight.
//= $special ?>