Numru ta’ ġenituri issejħu b’urġenza fl-iskola tal-Ħandaq wara li fl-aħħar sigħat kien konfermat każ pożittiv ta’ Covid-19.
Net News hu infurmat li din is-sitwazzjoni wasslet biex il-Middle School tal-Kulleġġ San Injazju tal-Ħandaq jieħu azzjoni immedjata.
Ġenituri li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li jinsabu inkwetati minħabba li kienu biss tfal minn klassi waħda li intlabu jmorru f’iżolament. Kien hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri ma kellhomx għażla oħra ħlief iħallu lil uliedhom man-nanniet.
Din is-sitwazzjoni għadha qed tiżviluppa u se nkomplu naġġornawkom fil-ħin li ġej.
//= $special ?>