Coronavirus Lokali

Il-każi attivi ta’ COVID-19 f’pajjiżna jaqbżu l-1,000

Tħabbru 112-il każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta u f’Għawdex. L-ikbar ammont ta’ każi reġistrati f’pajjiżna sa mill-bidu tal-imxija. Dan wara li fl-aġġornament tal-bieraħ l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru 111-il każ.

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 42 persuna biex b’hekk il-każi attivi f’Malta, għall-ewwel darba qabżu l-1,000. Dan meta l-każi attivi f’pajjiżna żdiedu b’70 għal total ta’ 1,016. Dan in-numru jinkludi fih 7 immigranti li huma pożittivi għall-virus waqt li jinsabu f’Malta.

It-total ta’ każi f’pajjiżna sa mill-bidu tal-pandemija issa tela’ għal 4,377 u li minnhom fiequ 3,106.