Lokali

“Il-mekkaniżmu tal-COLA hu li hu” – Michael Falzon

Iż-żieda miżera ta’ €1.75 fl-għoli tal-ħajja f’nofs pandemija kienet attribwita mill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, għall-mekkaniżmu tal-COLA għaliex hu li hu, mingħajr ma ta x’jifhem li l-Gvern se jikkumpensa għal dan:

Iżda tagħti kemm tagħti stabbiltà, il-familji qed jitħallew għal riħhom għaliex din iż-żieda miżera jassorbuha fil-prezzijiet jogħlew u qed jaffaċċjaw minn żmien għal żmien.

Il-Ministru ħarab mill-mistoqsija għaliex skontu, tagħmel x’tagħmel, ma tistax, tneħħi lil dawk li jinsabu fir-riskju tal-faqar.

Skont il-Eurostat, f’pajjiżna, fl-2019, dawk li jinsabu fir-riskju tal-faqar ilaħħqu mal-100,000 persuna, 10,000 aktar minn fuq is-sena ta’ qabel. Dan filwaqt li dawk li jiċċaħħdu minn affarijiet materjali b’mod sever żdied b’4,000 persuna, ftit aktar 14,000 persuna fl-2018 għall-18,000 fl-2019.