Edukazzjoni Lokali

Il-PN jsellem il-memorja ta’ Charles Caruana Carabez

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija wera sogħba u sellem il-memorja tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez.

Caruana Carabez kellu karriera twila ta’ edukatur u għal dawn l-aħħar tlett snin serva bħala Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman. 

Caruana Carabez iddedika ħajtu għat-tagħlim u sabiex joħloq ġustizzja fuq min sofra minn amministrazzjoni ħażina.  

Il-Partit Nazzjonalista estenda l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.