Lokali

Il-UPE b’direttivi għall-membri tagħha

Il-UPE ilha tosserva n-numri dejjem jiżdiedu ta’ każi fi skejjel u tiskanta kif il-Gvern qed jippermetti lill-edukaturi jkomplu jwettqu dmirijiethom mingħajr ma jikkunsidraw it-theddida għall-saħħithom.

Il-Union temmen bis-sħiħ li hemm bżonn li jkunu fis-seħħ miżuri aktar stretti u li għandhom jiġu infurzati l-ħin kollu, u tinsisti fuq il-ħtieġa li it-tagħlim ikunonline kompletament, kemm jistajkun malajr.

Il-UPE għalhekk qed toħroġ dan is-sett ta ’direttivi għall-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja b’effett immedjat:

  1. Il-membri tal-UPE li jaħdmu f’Middle Schools u skejjel sekondarji m’għandhomx jaċċettaw tibdil fl-iskeda tax-xogħol eżistenti tagħhom
  2. Membri tal-UPE m’għandhomx jiġbru flus f’isem l-iskola.
  3. Membri tal-UPE m’għandhomx jużaw apparat personali tagħhom bħall-laptop jew ċellulari għal skop ta’ xogħol.
  4. Membri tal-UPE m’għandhomx jaċċettaw xogħol li normalment jitweqqaw minn SMT
  5. Membri tal-UPE m’għandhomx jiċċekkjaw basktijiet ta’ studenti
  6. Membri tal-UPE m’għandhomx jattendu għall-laqgħat li jsiru barra mill-iskola
  7. Membri tal-UPE m’għandhomx joqgħodu ma’ tfal li jħossuhom ma jifilħux jew li jintbgħatu fil-kamra tal-iżolazzjoni
  8. Membri tal-UPE m’għandhomx jiġbru xogħol ta’ tfal li kienu ma jifilħux
  9. Membri tal-UPE m’għandhomx ikunu obbligati li jieħdu t-temperaturi u jiċċekkjaw l-ilbies tal-maskri.
  10. Il-membri tal-UPE m’għandhomx jinvolvu ruħhom f’hybrid teaching
  11. LSEs li huma membri tal-UPE m’għandhomx iwettqu osservazzjonijiet ta’ studenti li jinsabu d-dar peress li ma jistgħux fiżikament josservaw il-kapaċitajiet tal-istudent.
  12. LSEs li huma membri tal-UPE m’għandhomx jieħdu sehem f’IEPs u MAPs ta’ studenti li m’humiex l-iskola peress li ma jistgħux fiżikament josservaw il-kapaċitajiet tal-istudent.
  13. LSEs li huma membri tal-UPE għandhom jużaw ir-rapporti tal-IEP u l-MAP tas-sena l-oħra.
  14. Peripatetic teachers li qed jaħdmu bħala għalliema tal-klassi u li huma membri tal-UPE għandhom iżommu lura milli jagħmlu evalwazzjonijiet relatati mal-LOFs.