Sport Sport Ieħor

Il-Yachting Malta Coastal Race tintrebaħ minn Elusive 2

( (Credit: Yachting Malta / RMYC/ Maria Vella-Galea)

Elusive 2 rebaħ il-Yachting Malta Coastal Race li saret ilbieraħ qabel ma’ nhar is-Sibt jingħata bidu għall-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race.

Il-Principal Race Officer Peter Dimech qal li il-flotta li ħadet sehem f’din it-tellieqa kellhom tbaħħir mill-aqwa f’riħ bejn 12-15 -il mil nawtiku mil-Lbiċ li żiew għal 18 -il mil nawtiku. Elusive 2 ħadu l-vantaġġ fit-tieni bidu wara li fl-ewwel bidu kien ir-Russu JPK 10.80 li kellu l-aħjar bidu.

Ir-Rolex Middle Sea Race mistennija tibda nhar is-Sibt fil-11.00 am bit-tluq isir mill-Port il-Kbir bl-organizzaturi jappellaw biex daw li jixtiequ jsegwu t-tluq mix-xatt tal-Port il-Kbir għandhom isegwu l-istruzzjonijiet maġruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa filwaqt li jekk sa nhar is-Sibt jinħarġu aktar notifikamenti dawn se jkun fuq is-sit tat-tellieqa.