Lokali

Interċettati madwar 14-il kilogramma kannabis mid-Dwana fl-Ajruport

Ilbieraħ, waqt ‘screening’ ta’ rutina ta’ passiġġieri li waslu minn Seville, koppja Spanjola instabet qed iġġorr 13.95kg Cannabis

Il-koppja waslu Malta minn Sevilja u wara li ħadu l-bagalji tagħhom ġew ordnati mill-uffiċjali tad-Dwana għal skan tal-bagalji. Wara dan il-proċess, instab li kien hemm oġġetti suspettużi fil-bagalji… u wara aktar tfittix instabu 13-il pakkett, li 7 minnhom kienu jiżnu 7.6 kilogramma filwaqt li sitta oħra kienu 6.35 kilogramma.

Dawn il-boroż irriżulta li kien fihom droga kannabis.

Apparti minn hekk, instab ukoll pakkett żgħir li fih kien hemm droga kokaina.

Il-Koppja inżammet arrestata u mistennija titressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Dwar dan il-każ kien informat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li tinfetaħ inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.