Edukazzjoni Lokali

Kellhom isegwu l-lezzjoni minn barra l-klassi

Sorsi li tkellmu ma’ Net News saħqu magħna li numru ta’ studenti tal-Higher Secondary tan-Naxxar spiċċaw isegwu l-lezzjonijiet tagħhom minn barra l-klassi – fil-maġġoranza tagħhom minn mal-art.

Bosta studenti u ġenituri li tkellmu magħna wrew rabja kbira għal dawn il-kundizzjonijiet. Persuna partikolari qalet li din hi “sitwazzjoni tal-mistħija.”