Coronavirus Internazzjonali

Kien hemm ħafna li kisru r-regoli

Il-Coronavirus qed ikompli jinfirex mad-dinja kollha, b’aktar minn 38 miljun każ ikkonfermat f’189 pajjiż u aktar minn miljun fatalità.

F’aħbarijiet mill-Ewropa, il-Ġermanja rrappurtat l-ogħla numru ta’ każijiet f’ġurnata minn meta bdiet il-pandemija. Aktar minn 6,600 infezzjoni ġew irrappurtati fl-aħħar sigħat.

Intant, esperti fil-qasam mediku qed iwissu lin-nies biex josservaw ir-regoli bażiċi marbuta mal-COVID-19. Il-Ministru tas-Saħħa Ġermaniż u l-persuna meqjus bħala l-aqwa espert tal-Istati Uniti dwar il-mard infettiv qalu li ż-żieda attwali fl-infezzjonijiet hija dovuta għal nies li qed jinjoraw il-pariri tal-esperti biex jaħslu idejhom u jżommu distanza soċjali.

F’aħbarijiet oħra, qed ikomplu t-taħditiet bejn il-gvern tar-Renju Unit u l-mexxejja tal-ibliet u l-irħula tal-pajjiż dwar l-espansjoni ta’ aktar restrizzjonijiet stretti. Bħalissa Liverpool hija l-unika żona li għandha miżuri stretti.

Franza ħabbret curfew għal matul il-lejl f’Pariġi u fi tmien bliet oħra biex tipprova trażżan it-tixrid tal-virus. Il-miżura tidħol fis-seħħ mis-Sibt u se ddum għal mill-inqas erba’ ġimgħat.