Il-Ħamis se jitlaqqa’ s-summit Ewropew bejn is-27 stat membru li fih, il-mexxejja Ewropej se jeżaminaw mill-ġdid it-taħdidiet għaddejjin bejn l-Unjoni Ewropea permezz tan-negozjatur ewlieni, Michel Barnier, u r-Renju Unit fuq Brexit.
Dan hekk kif il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, qed jistenna lill-Mexxejja Ewropej iċedu biċċa sabiex jintlaħaq ftehim, b’mod partikolari fuq regoli għall-kompetizzjoni ġusta kif ukoll il-kwoti tas-sajd, inkella joħroġ lill-pajjiżu mingħajr ftehim għall-kummerċ mal-blokk wara s-summit.
Iżda l-uffiċċjali tal-Unjoni mhumiex jirrikonoxxu din id-data imposta minn Johnson, u insistew li huma wara Barnier bit-talbiet tal-Unjoni, tant li f’telefonata li kellha l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursola von der Leyen, ma’ Johnson l-Erbgħa, hija qalet li baqa’ ħafna xogħol xi jsir biex jintlaħaq ftehim. Iżda l-kundizzjonijiet għall-ftehim iridu jkunu ġusti għal kulħadd ħalli ma jbati ħadd u jintlaħaq level-playing field.
//= $special ?>