Lokali

“Appell għal linji gwida aktar stretti u ċari” – Il-Kamra tal-Kummerċ

Il-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija ta’ Malta qed tappella lill-Gvern biex ma jħallix iżjed żmien jgħaddi u jintilfu iżjed ħajjiet qabel jieħu azzjoni ta’ linji gwida aktar stretti u ċari.

Huma qed jisħu li ż-żmien ta’ rikomandazzjonijiet m’għadux żmienu iżda hemm bżonn ta’ infurzar mandatorji hekk kif ma jidhirx li l-pandemija se tkun qed ittaffi mit-tixrid tal-virus.

Il-Kamra tal-Kummerċ qed titlob biex l-użu tal-maskri tkun obbligatorja f’kull post pubbliku filwaqt li postijiet fejn jinġabru follol ta’ nies għandhom jiġu kkontrollati aħjar.