Diego Ulissi rebaħ it-13-il stadju tal-Giro d’Italia minn Cervia sa Monselice, fuq distanza ta’ 192 kilometru. Hu għeleb lil Joao Almeida li kien qed jiġġieled kontrih fuq quddiem, iżda xorta żamm il-flokk ir-roża. Fit-tielet post daħal Patrick Konrad.
Ulissi rebaħ it-tieni tellieqa f’din il-kompetizzjoni, wara li temm fuq quddiem fit-tieni stadju ġewwa Sqallija.
EF Pro Cycling bagħtu messaġġ li jixtiequ li l-Giro d’Italia jispiċċa qabel pjanat, iżda din it-talba kienet rifjutata mill-organizzaturi. Dan seħħ wara li t-timijiet ta’ Mitchelton-Scott u Jumbo-Visma kellhom jirtiraw mit-tellieqa wara li nstabu każijiet ta’ coronavirus.
Almeida għadu fil-quċċata tal-klassifika ġenerali b’vantaġġ ta’ 40 sekonda fuq Wilco Kelderman. Warajh fit-tielet post Pello Bilbao disa’ sekondi biss differenza.
Il-Giro d’Italia jkompli għada bl-14-il stadju ta’ 34.1 kilometru minn Conegliano sa Valdobbiadene.
//= $special ?>