Coronavirus Lokali

“Hemm bżonn naqilbu għat-teleworking, u l-maskri jintlibsu kullimkien” – il-Kummissarju tas-Saħħa

Il-Kummissarju tas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman Charles Messina kiteb lill-Professur Charmaine Gauci biex jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-Coronavirus f’pajjiżna.

Fl-ittra, li ġiet ċirkolata lill-media, Messina jgħid li issa hemm bżonn li l-maskri protettivi jibdew jintlibsu kullimkien – inkluż fuq il-postijiet tax-xogħol, fl-uffiċini u barra fit-triq. Hu jissuġġerixxi wkoll li fejn hu possibbli l-impjegati jibdew jaħdmu bit-teleworking.

Fost is-suġġerimenti li jagħmel, il-Kummissarju għas-Saħħa jgħid li hemm bżonn ta’ aktar infurzar fit-toroq, u li s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika toħroġ Avviżi Legali fejn ikun meħtieġ.