Il-Union tal-Bankiera qed tappella lill-Gvern biex ikun hemm pjan ħalli tiġi indirizzata l-pandemija tal-Covid-19. Huma qalu li jekk dan ma jsirx, pajjiżna se jara żieda drastika fil-każijiet pożittivi u l-fatalitajiet.
Il-Union qalet li hemm bżonn li l-pajjiż jerġa’ jaddatta għal miżuri stretti biex tkun assigurata s-saħħa ta’ kull individwu u l-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, b’mod speċjali l-frontliners u l-vulnerabbli.
Fl-aħħar ġimgħat rajna kif numru ta’ banek kellhom jagħlqu għal xi jiem minħabba każi pożittivi. Dan qed joħloq ukoll stress fuq l-istess impjegati tal-banek.
Ilbieraħ f’pajjiżna kellna rekord ta’ 112-il każ ġdid ta’ Coronavirus.
//= $special ?>