Lokali

Ikomplu l-laqghat tal-Kap tal-PN – din id-darba f’Ghawdex

Komplew il-laqgħat tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ma diversi entitajiet u assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw setturi diversi tas-soċjetà u l-ekonomija tal-pajjiż.

Ilbieraħ fost l-oħrajn, il-Kap Nazzjonalista kellu laqgħat ġewwa Għawdex mal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, Studenti Universitarji Għawdxin u l-Gozo Business Chamber.

Iktar tard Bernard Grech iltaqa’ wkoll mal-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista ġewwa s-sub headquarters tal-Partit Nazzjonalista ġewwa s-Sannat.