Formula 1 Sport

Il-Grand Prix fil-Vjetnam ikkanċellata minħabba l-pandemija tal-coronavirus

L-organizzaturi tal-Grand Prix fil-Vjetnam ħabbru li t-tellieqa tal-Formula 1 ġiet ikkanċellata minħabba l-coronavirus. Din kienet se tkun l-ewwel darba fl-istorja li qatt saret tellieqa tal-Formula 1 fil-Vjetnam.

Primarjament kienet pjanata li ssir f’April, però kienet ġiet posposta għal Novembru minħabba l-pandemija. Lura f’Awwissu, Formula 1 kienu ħarġu possibilità għal tmiem l-istaġun mingħajr it-tlielaq fiċ-Ċina u l-Vjetnam.

Vietman kellhom 1,124 każ ta’ coronavirus u 35 mewt mill-bidu tal-pandemija.