Lokali

Il-Kap tal-PN isellem il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia

Tul il-jum tal-Ġimgħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fejn flimkien ma’ martu AnneMarie huma żaru l-post fejn hija ġiet assassinata ftit passi bogħod minn darha fil-Bidnija.

Bernard Grech u l-mara tiegħu kienu milqugħ mill-armel ta’ Daphne, Peter Caruana Galizia flimkien ma binha Matthew.

F’tislima silenzjuża u dinjituża, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qiegħed il-fjuri fil-lok fejn waqfet il-karozza bomba li ħatfet ħajjet il-ġurnalista. 

Dan filwaqt li stqarr kelmtejn ta’ kuraġġ u sostenn lir-raġel u iben Daphne Caruana Galizia li tul dawn l-aħħar snin ċertament urew determinazzjoni qawwija sabiex il-messaġġ tagħha favur id-demokrazija, ġustizzja u ġlieda ghall-verità jissokta ankè wara mewtha.